
Kif forsi diġà smajtu qed tiġi organizzata Mixja t’24 siegħa nhar is-Sibt 24 t’April 2010 biex niġbru aktar flus għall-familji fl-Etjopja. L-organizzazzjoni għal din il-mixja għaddejja b’ritmu mgħaġġel u diġà kellna rispons tajjeb għalkemm l-għan jibqa’ li niġbru ammont ta’ flus mhux ħażin biex inkunu nistgħu nagħmlu d-differenza.
Għalhekk hemm tlett min-nies li ħa jippruvaw jagħmlu l-mixja kollha ta’ 24 siegħa madwar Malta; Lara Gerada, atleta Maltija, Brandon Pace, il-moħħ wara din il-maratona kollha, u Richard Camilleri. Intom ukoll tistgħu tingħaqdu magħhom!
Il-mixja tibda fil-11am ħdejn l-ITS San Ġiljan u tispiċċa 24 siegħa wara. Fuq facebook ħa jkun hemm aġġornamenti fuq fejn tkun waslet il-mixja kull 30 minuta. Anke jekk tingħaqdu magħna filgħaxija, nagħtukom tejp li jleqq biex tweħħlu ma’ ħwejjiġkom, għalkemm jekk tiġu lebsin ħwejjeġ li diġà jleqqu jew ħwejjeġ bojod ikun ħafna aħjar.
B’daqxejn ta’ donazzjoni tista’ tkun parti minn din il-mixja. Billi tagħti donazzjoni ta’ 5 Ewro (jew iktar jekk trid!) nibagħtulek irċevuta u sticker. Poġġi l-isticker fuq ħwejġek fil-ħin li tiddeċiedi li ħa tingħaqad magħna f’din il-mixja. Biex tagħti d-donazzjoni u tieħu l-isticker tiegħek ikkuntatja lil Brandon fuq 99467745, Allison 99256550 jew Natalie fuq 99834546 jew permezz tal-e-mail tosivana2010@gmail.com. Niġu nagħtuk l-irċevuta jew ninpostawilek kif tippreferi.
Għinna ukoll billi tmexxi l-kelma ma’ sħabek u dawk kollha li taħseb li jkunu interessati.
Nisperaw li narawkom għal din il-mixja, għal ftit siegħat jew għal ftit minuti, jew ejja u żommilna kumpanija. Billi tagħti ftit tkun qed tagħti ħafna lill-oħrajn.
Żomm ruħek aġġornat permezz ta’ dawn il-links: Facebook Group jew Website
Grazzi
0 comments:
Post a Comment