Fit-3am tat-Tnejn 9 t'Awwissu rfisna għall-ewwel darba fuq l-art Etjopjana. F'dak il-ħin ta' filgħodu ftit li xejn kien hemm nies, l-ajruport kien kwiet u għaddejna l-bagalji mingħajr problemi ta' xejn. Iżda mbagħad inħsadna meta ndunajna li l-bagalja ta' Amanda ma kinetx waslet! Diżappuntati li x-xorti ħażina kellha tmiss lil waħda minna ftaħna l-claim bit-tama li ma ddumx ma tasal il-bagalja wara ftit jiem possibli. Iżda hekk kif konna ħa noħorġu mill-ajruport iż-żewġ Manwelijiet tal-grupp jindunaw li bagalja tixbah lil ta' Amanda kienet qegħda għand waħda mara. Meta morna fuqha biex niċċekjaw rajna li l-bagalja vera kienet bħal ta' Amanda, ppruvajna ċ-ċavetta fil-katnazz u nfetħet. Ħadna r-ruħ li l-bagalji kollha kienu waslu u b'hekk irnexxilna nevitaw l-ewwel diżavventura tal-esperjenza b'wiċċ il-ġid.
Ftit wara lmaħna lix-xufier tal-vann li kellu jwassalna minn Addis għal Bahir Dar. u b'hekk għabbejna l-bagalji fuq il-vann biex nibdew dan il-vjaġġ twil ta' madwar 12-il siegħa biex naslu fl-ewwel post li fih kellna nibdew il-missjoni tagħna. F'dak il-ħin kmieni ta' filgħodu stajt ninnota ftit affarijiet fuq il-belt ta' Addis Abeba.
20.9.10
15.9.10
LURA MALTA - L-1 parti tar-rakkont
Għaddiet ġimgħa minn meta wasalna lura Malta u dak li taħseb li tkun għaddejt minnu fix-xahar li għamilt l-Etjopja tibda tirrealizza ftit aktar x’kien, fejn kont u x’esperjenza għamilt. Wara ġimgħa xorta nħoss li għadu m’għaddiex biżżejjed żmien biex nifhem eżatt l-esperjenza f’dak kollu li tista toffri. Iżda bdejt nirrealizza xi affarijiet u naħseb li kelli bżonn li nkun lura hawn Malta biex nibda nirrealizzahom.
Il-Ħadd 8 t’Awwissu 2010 - Tluq minn Malta
Il-ġurnata tant mistennija kienet waslet. Il-jum li naqbdu l-ajruplan biex nibdew l-esperjenza tagħna fl-Etjopja kien magħna. L-aħħar ġimgħa kienet waħda t’eċitament għalija u ta' ħafna ħsibijiet. Jekk matul is-sena qatt ma kelli dubju minn dak li kont ħa nagħmel, f’din l-aħħar ġimgħa kull dubju li jeżisti beda jiġi f’moħħi. Kelli dubju fuq jekk ħadtx il-ħwejjeġ adattati għal din l-esperjenza, kif ħa nippakja l-mediċina u nqiegħed kollox fil-bagalja, jekk hux ħa jkollna problemi biex ngħadduhom mill-ajruport t’Addis, kif ħa nissaporti fil-vjaġġ twil li għandna, il-mard li ħa nkun qed niffaċja, l-grupp li ħa nkun miegħu, n-nies kif ħa jilqgħuna u mitt ħaġa oħra. F’moħħi ġiet stampa tar-rivista Missionworld li kienu jqassmulna fl-iskola primarja. Din ir-rivista, bil-format tagħha, bil-karti li tuża u b’dak kollu li kienet magħmula kienet tfakkrek fil-faqar. U l-istampi li kien ikolla fuq l-Afrika, kollha kienu jkunu ta’ nixfa kbira, tfal għarwenin b’żaqqhom minfuħa, wiċċhom miksi dubbien ħdejn djar magħmula mill-pjanċi. Ma stajtx ma nsaqsiex jekk din l-istampa li baqgħet ittimbrata f’moħħi hijiex ir-realtà li ħa nkun qed nara u x’irrid nagħmel jiena f’din is-sitwazzjoni.
1.8.10
Wasal iż-żmien!
Bħal daż-żmien sena kien beda jberren il-ħsieb biex nagħmlu esperjenza ta' volontarjat f'pajjiż fil-kontinent Afrikan. Illum ninsabu ġimgħa biss il-bogħod mill-ġurnata li fiha naqbdu l-ajruplan biex nibdew l-esperjenza tagħna fl-Etjopja.
Għalkemm l-esperjenza fiha nfisha ħa tibda l-ġimgħa d-dieħla, nistgħu ngħidu li din is-sena li għaddiet kienet kollha kemm hi parti mill-esperjenza li fiha kbirna flimkien bħala grupp u esperjenzajna emozzjonijiet u esperjenzi ta' nies oħra li għinu fl-iżvilupp tagħna.
Matul dan iż-żmien iltqajna ma' nies li ħadu interess fl-esperjenza li ħa nagħmlu, offrew l-għajnuna tagħhom b'sinċerità kbira mingħajr qatt ma stennew xejn lura. Il-ġenerożità ta' dawn in-nies ħalliet effett kbir fuqi fejn imdawwrin b'ħafna kummenti negattivi fuq id-dinja li ngħixu fiha llum, żgur li dawn in-nies ikkontradixxew dawn il-kummenti. Hawnhekk ma nistax ma nirringrazzjax lil ħafna nies differenti li għinuna b'xi mod jew ieħor: dawk li offrew l-għajnuna fiżika għax ħadmu magħna, dawk li offrewlna l-faċilitajiet tagħhom, dawk li offrewlna għajnuna finanzjarja u dawk li sponsorjawna. Mill-ġdid GRAZZI MILL-QALB
Wara li għamilna l-aħħar attività ta' ġbir ta' fondi, komplejna għaddejin b'laqgħat ta' preparazzjoni. Wieħed mit-testijiet importanti kien meta fl-aħħar ta' Ġunju għamilna ġimgħa ngħixu flimkien. Din kienet esperjenza importanti biex nibdew nidraw aħjar il-karattri ta' xulxin peress li ħa nkunu qed niġu wiċċ imb wiċċ għal xahar sħiħ fl-Etjopja. Żgur li xahar f'pajjiż b'kultura u ambjent differenti minn tagħna u l-esperjenzi li ħafna nies qalulna li ħa niltaqgħu magħhom jistgħu jħallu effett psikoloġiku fuqna. Għalhekk tajjeb li nkunu preparati biex kemm jista' jkun innaqqsu minn problemi li jistgħu jinqalgħu. Hawnhekk iddiskutejna ħafna sitwazzjonijiet li nistgħu niltaqgħu magħhom fl-Etjopja u kif għandna niffaċċjawhom; hekk per eżempju Etjopjani li jitolbuna għajnuna personali għandna nagħtuhilhom jew niddiskutuha mal-grupp u mas-sorijiet li ħa nkunu qed noqgħodu għandhom u li jafu n-nies tal-post aħjar minnna?
Fhimna li għandna nikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħna u nevitaw għajnuna b'mod personali għax b'din jigwadanjaw biss l-istess nies li jafu jagħmlu wiċċhom kif ukoll tħalli lil dawn in-nies tallaba iktar milli jgħinu lilhom infushom. Għalhekk l-għajnuna ssir bis-sorijiet bħala intermedjarji biex l-għajnuna żgur tmur għand min għandu bżonn u mqassma bejn kulħadd u kif għandha tkun.
Komplejna ukoll nieħdu l-aħħar tilqim tagħna kontra r-risku tal-mard u kellimna spiżjar li għamel din l-esperjenza fil-passat kif għandna nieħdu ħsieb saħħitna u l-iġjene tagħna f'dan il-pajjiż. Irridu noqgħodu attenti min-nemus tal-malarja, nisprejjaw ta' spiss u norqdu bil-mosquito nets, kif ukoll ma noqgħodux ħafjin minħabba l-jiggers li jidħlu fis-saqajn. Dan barra milli ma jaqbilx li nixorbu mill-ilma tal-post ħlief minn fliexken issiġġillati.
Barra din il-preparazzjoni, ppreparajna ukoll xi tagħlim tal-Ingliż li ħa nkunu qed nagħmlu fil-parti ta' filgħodu tal-ġurnata. Differenti minn ħafna pajjiżi fid-dinja, hemm għatx kbir għat-tagħlim u mill-esperjenza ta' min mar qabilna qalulna li jkun hemm kju sħiħ jistenna li tiftaħ l-iskola. Wara nofsinhar ħa nkunu qed immorru l-postijiet li jissuġġerulna li għandna mmorru s-sorijiet jew patrijiet li ħa nkunu magħhom u naraw ukoll kif għaddejin il-proġetti li bdew fis-snin ta' qabel u x'jista' jsir ġdid. Barra minn hekk aħna dejjem ħa nkunu lesti biex nadattaw skont il-bżonn li jinqala.
Il-komunikazzjoni ma' Malta ħa tkun waħda diffiċli. Il-linja tal-mowbajl ħafna drabi mhuwiex ħa jaqbad u biex inċemplu minn linja fissa rridu mmorru f'post għal tal-apposta li l-ewwel jagħmel kuntatt mal-kapitali u forsi jgħaddu xi 2 jew 3 telefonati biss.
Sfortunatament Ann u Melanie, għal raġunijiet personali ma setgħux ikomplu l-esperjenza. Grazzi tal-esperjenza li qsamtu magħna u awguri għall-futur. Minflokhom ingħaqdet magħna Michelle mill-grupp Living Waters li diġà telgħet l-Etjopja qabel u għalhekk l-esperjenza li diġà għandha żgur ħa tkun ta' benefiċċju għall-grupp.
Fl-aħħar laqgħa tagħna beda jinħass xi ftit l-eċitament tal-aħħar għal xi wħud filwaqt li oħrajn l-emozzjonijiet għadhom ħa jibdew jinħassu. Żgur li din il-ġimgħa f'moħħna għandna biss ħsieb wieħed: iġri jasal is-14.30 ta' nhar il-Ħadd li ġej 8 t'Awwissu biex inkunu l-ajruport ħalli dak li ilna nippreparaw għalih nibdew inwettquh.
Dan ħa jkun l-aħħar artiklu tiegħi qabel ma' nitilqu lejn l-Etjopja. Meta niġu lura nittama li nsib l-opportunità li naqsam magħkom dak kollu li nkunu għaddejna minnu f'dan ix-xahar.
Saħħa u s-sliem
Henry
(Ritratti Etjopja meħuda minn http://www.missjonietijopja.com/index.html)

IL-KALENDARJU TAGĦNA
8 t'Awwissu: L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fis-2.30pm biex naqbdu t-titjira tal-3.45pm.
9 t'Awwissu: Wara li nbiddlu l-ajruplan fil-Kajr naslu Addis Ababa fit-3am. Nitilqu b'vann għal vjaġġ ta' madwar 12-il siegħa lejn Baħir Dar fejn ħa nagħmlu l-ewwel volontarjat.
16 t'Awwissu: Immorru Pawe fejn ħa jsir volontarjat fit-tieni post
25 ta' Settembru: Immorru Mandura: it-tielet post ta' volontarjat tagħna
3 ta' Settembru: Lura Baħir Dar
6 ta' Settembru: Nitilqu minn Baħir Dar għal Addis Ababa
9 ta' Settembru: Titjira minn Addis Ababa fl-4am. Inbiddlu l-ajruplan fil-Kajr u naslu lura Malta fl-4pm.
Għalkemm l-esperjenza fiha nfisha ħa tibda l-ġimgħa d-dieħla, nistgħu ngħidu li din is-sena li għaddiet kienet kollha kemm hi parti mill-esperjenza li fiha kbirna flimkien bħala grupp u esperjenzajna emozzjonijiet u esperjenzi ta' nies oħra li għinu fl-iżvilupp tagħna.
Matul dan iż-żmien iltqajna ma' nies li ħadu interess fl-esperjenza li ħa nagħmlu, offrew l-għajnuna tagħhom b'sinċerità kbira mingħajr qatt ma stennew xejn lura. Il-ġenerożità ta' dawn in-nies ħalliet effett kbir fuqi fejn imdawwrin b'ħafna kummenti negattivi fuq id-dinja li ngħixu fiha llum, żgur li dawn in-nies ikkontradixxew dawn il-kummenti. Hawnhekk ma nistax ma nirringrazzjax lil ħafna nies differenti li għinuna b'xi mod jew ieħor: dawk li offrew l-għajnuna fiżika għax ħadmu magħna, dawk li offrewlna l-faċilitajiet tagħhom, dawk li offrewlna għajnuna finanzjarja u dawk li sponsorjawna. Mill-ġdid GRAZZI MILL-QALB
Wara li għamilna l-aħħar attività ta' ġbir ta' fondi, komplejna għaddejin b'laqgħat ta' preparazzjoni. Wieħed mit-testijiet importanti kien meta fl-aħħar ta' Ġunju għamilna ġimgħa ngħixu flimkien. Din kienet esperjenza importanti biex nibdew nidraw aħjar il-karattri ta' xulxin peress li ħa nkunu qed niġu wiċċ imb wiċċ għal xahar sħiħ fl-Etjopja. Żgur li xahar f'pajjiż b'kultura u ambjent differenti minn tagħna u l-esperjenzi li ħafna nies qalulna li ħa niltaqgħu magħhom jistgħu jħallu effett psikoloġiku fuqna. Għalhekk tajjeb li nkunu preparati biex kemm jista' jkun innaqqsu minn problemi li jistgħu jinqalgħu. Hawnhekk iddiskutejna ħafna sitwazzjonijiet li nistgħu niltaqgħu magħhom fl-Etjopja u kif għandna niffaċċjawhom; hekk per eżempju Etjopjani li jitolbuna għajnuna personali għandna nagħtuhilhom jew niddiskutuha mal-grupp u mas-sorijiet li ħa nkunu qed noqgħodu għandhom u li jafu n-nies tal-post aħjar minnna?
Fhimna li għandna nikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħna u nevitaw għajnuna b'mod personali għax b'din jigwadanjaw biss l-istess nies li jafu jagħmlu wiċċhom kif ukoll tħalli lil dawn in-nies tallaba iktar milli jgħinu lilhom infushom. Għalhekk l-għajnuna ssir bis-sorijiet bħala intermedjarji biex l-għajnuna żgur tmur għand min għandu bżonn u mqassma bejn kulħadd u kif għandha tkun.
Komplejna ukoll nieħdu l-aħħar tilqim tagħna kontra r-risku tal-mard u kellimna spiżjar li għamel din l-esperjenza fil-passat kif għandna nieħdu ħsieb saħħitna u l-iġjene tagħna f'dan il-pajjiż. Irridu noqgħodu attenti min-nemus tal-malarja, nisprejjaw ta' spiss u norqdu bil-mosquito nets, kif ukoll ma noqgħodux ħafjin minħabba l-jiggers li jidħlu fis-saqajn. Dan barra milli ma jaqbilx li nixorbu mill-ilma tal-post ħlief minn fliexken issiġġillati.Barra din il-preparazzjoni, ppreparajna ukoll xi tagħlim tal-Ingliż li ħa nkunu qed nagħmlu fil-parti ta' filgħodu tal-ġurnata. Differenti minn ħafna pajjiżi fid-dinja, hemm għatx kbir għat-tagħlim u mill-esperjenza ta' min mar qabilna qalulna li jkun hemm kju sħiħ jistenna li tiftaħ l-iskola. Wara nofsinhar ħa nkunu qed immorru l-postijiet li jissuġġerulna li għandna mmorru s-sorijiet jew patrijiet li ħa nkunu magħhom u naraw ukoll kif għaddejin il-proġetti li bdew fis-snin ta' qabel u x'jista' jsir ġdid. Barra minn hekk aħna dejjem ħa nkunu lesti biex nadattaw skont il-bżonn li jinqala.
Il-komunikazzjoni ma' Malta ħa tkun waħda diffiċli. Il-linja tal-mowbajl ħafna drabi mhuwiex ħa jaqbad u biex inċemplu minn linja fissa rridu mmorru f'post għal tal-apposta li l-ewwel jagħmel kuntatt mal-kapitali u forsi jgħaddu xi 2 jew 3 telefonati biss.
Sfortunatament Ann u Melanie, għal raġunijiet personali ma setgħux ikomplu l-esperjenza. Grazzi tal-esperjenza li qsamtu magħna u awguri għall-futur. Minflokhom ingħaqdet magħna Michelle mill-grupp Living Waters li diġà telgħet l-Etjopja qabel u għalhekk l-esperjenza li diġà għandha żgur ħa tkun ta' benefiċċju għall-grupp.
Fl-aħħar laqgħa tagħna beda jinħass xi ftit l-eċitament tal-aħħar għal xi wħud filwaqt li oħrajn l-emozzjonijiet għadhom ħa jibdew jinħassu. Żgur li din il-ġimgħa f'moħħna għandna biss ħsieb wieħed: iġri jasal is-14.30 ta' nhar il-Ħadd li ġej 8 t'Awwissu biex inkunu l-ajruport ħalli dak li ilna nippreparaw għalih nibdew inwettquh.Dan ħa jkun l-aħħar artiklu tiegħi qabel ma' nitilqu lejn l-Etjopja. Meta niġu lura nittama li nsib l-opportunità li naqsam magħkom dak kollu li nkunu għaddejna minnu f'dan ix-xahar.
Saħħa u s-sliem
Henry
(Ritratti Etjopja meħuda minn http://www.missjonietijopja.com/index.html)

IL-KALENDARJU TAGĦNA
8 t'Awwissu: L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fis-2.30pm biex naqbdu t-titjira tal-3.45pm.
9 t'Awwissu: Wara li nbiddlu l-ajruplan fil-Kajr naslu Addis Ababa fit-3am. Nitilqu b'vann għal vjaġġ ta' madwar 12-il siegħa lejn Baħir Dar fejn ħa nagħmlu l-ewwel volontarjat.
16 t'Awwissu: Immorru Pawe fejn ħa jsir volontarjat fit-tieni post
25 ta' Settembru: Immorru Mandura: it-tielet post ta' volontarjat tagħna
3 ta' Settembru: Lura Baħir Dar
6 ta' Settembru: Nitilqu minn Baħir Dar għal Addis Ababa
9 ta' Settembru: Titjira minn Addis Ababa fl-4am. Inbiddlu l-ajruplan fil-Kajr u naslu lura Malta fl-4pm.
7.5.10
Ritratti
Ritratti tat-tournament tal-futbol li sar il-Ħadd 2 ta' Mejju fil-grawnds tal-iskola f'Tal-Ħandaq. Grazzi lil dawk kollha li pparteċipaw biex għamlu din il-ġurnata suċċess.

Fit-8 u d-9 t'April fil-Liċeo tas-subien San Tumas More fil-Ħamrun saru jumejn attivitajiet fejn l-istudenti ta' din l-iskola ħadu sehem f'Bungee Run, Gladiator u Human Table Soccer biex jgħinuna niġbru aktar flus għal ħidma tagħna fl-Etjopja is-Sajf li ġej. Dan l-apparat ġie ġentilment mogħti lina minn JUGS. Grazzi lill-istudenti u lill-għalliema kollha tal-għajnuna tagħhom speċjalment lil Mario Camilleri li ħadem ħafna għal dawk il-jumejn.

28.4.10
Football tournament
Agħfas fuq il-poster t'hawn taħt biex tkun taf id-dettalji fuq it-tournament tal-futbol li ħa jiġi organizzat nhar il-Ħadd 2 ta' Mejju fl-iskola tal-Ħandaq.

Jekk qed titħajjar tieħu sehem agħfas fuq il-formola tar-reġistrazzjoni għat-tim tiegħek u aqra u ffirma r-regoli t'hawn taħt. Agħġġel għax il-postijiet huma limitati!

Jekk qed titħajjar tieħu sehem agħfas fuq il-formola tar-reġistrazzjoni għat-tim tiegħek u aqra u ffirma r-regoli t'hawn taħt. Agħġġel għax il-postijiet huma limitati!
25.4.10
Maratona t'24 siegħa suċċess
4.4.10
Mixja t'24 siegħa għall-Etjopja

Kif forsi diġà smajtu qed tiġi organizzata Mixja t’24 siegħa nhar is-Sibt 24 t’April 2010 biex niġbru aktar flus għall-familji fl-Etjopja. L-organizzazzjoni għal din il-mixja għaddejja b’ritmu mgħaġġel u diġà kellna rispons tajjeb għalkemm l-għan jibqa’ li niġbru ammont ta’ flus mhux ħażin biex inkunu nistgħu nagħmlu d-differenza.
Għalhekk hemm tlett min-nies li ħa jippruvaw jagħmlu l-mixja kollha ta’ 24 siegħa madwar Malta; Lara Gerada, atleta Maltija, Brandon Pace, il-moħħ wara din il-maratona kollha, u Richard Camilleri. Intom ukoll tistgħu tingħaqdu magħhom!
Il-mixja tibda fil-11am ħdejn l-ITS San Ġiljan u tispiċċa 24 siegħa wara. Fuq facebook ħa jkun hemm aġġornamenti fuq fejn tkun waslet il-mixja kull 30 minuta. Anke jekk tingħaqdu magħna filgħaxija, nagħtukom tejp li jleqq biex tweħħlu ma’ ħwejjiġkom, għalkemm jekk tiġu lebsin ħwejjeġ li diġà jleqqu jew ħwejjeġ bojod ikun ħafna aħjar.
B’daqxejn ta’ donazzjoni tista’ tkun parti minn din il-mixja. Billi tagħti donazzjoni ta’ 5 Ewro (jew iktar jekk trid!) nibagħtulek irċevuta u sticker. Poġġi l-isticker fuq ħwejġek fil-ħin li tiddeċiedi li ħa tingħaqad magħna f’din il-mixja. Biex tagħti d-donazzjoni u tieħu l-isticker tiegħek ikkuntatja lil Brandon fuq 99467745, Allison 99256550 jew Natalie fuq 99834546 jew permezz tal-e-mail tosivana2010@gmail.com. Niġu nagħtuk l-irċevuta jew ninpostawilek kif tippreferi.
Għinna ukoll billi tmexxi l-kelma ma’ sħabek u dawk kollha li taħseb li jkunu interessati.
Nisperaw li narawkom għal din il-mixja, għal ftit siegħat jew għal ftit minuti, jew ejja u żommilna kumpanija. Billi tagħti ftit tkun qed tagħti ħafna lill-oħrajn.
Żomm ruħek aġġornat permezz ta’ dawn il-links: Facebook Group jew Website
Grazzi
Subscribe to:
Posts (Atom)